Kien suċċess kbir għat-tim Malti tas-sajd, rrapreżentati mill-club ‘Kingfisher Sports Fishing Association (KSFA)’ fil-Kompetizzjoni Ewropea tas-Sajd li saret f’San Benedetto del Tronto bejn it-12 u l-15 ta’ Settembru. Din kienet kompetizzjoni organiżżata mill-Fips-Mer (International Federation of Sports Fishing) u kien il- Kampjonat Ewropew tas-Sajd bis-Sufrun
Wara l-’host nation’, l-Italja, u Spanja, it-tim Malti għadda lil timijiet minn Franza, l-Greċja, l-Portugall, u t-Tuneżija. Scott Farrugia kiseb l-aqwa pożizzjoni fost il-ħames kompetituri Maltin u ġie ‘placed ‘ fit-23 post mill-64 sajjieda li pparteċipaw.
Kienet esperjenza sabiħa, minkejja bosta diffikultajiet u tbatijiet li ffaċċjaw is-sajjieda Maltin fejn kellhom iqumu fl-4:30am kuljum, tmien siegħat taħt xemx taħraq u xita, u sajd fuq blat jiżloq u perikoluż.
Ir-rappreżentanti Maltin kienu Massimiliano Miceli (kowċ), Sandro Cohen, Carmelo Quattrocchi, James Gilson, Scott Matthew Farrugia, u Miguel Grech.
Il-kompetizzjoni tas-sena d-dieħla se ssir il-Greċja u l-KSFA diġa bdiet bi preparamenti biex jinkiseb riżultat aħjar.
//= $special ?>