Taljan ta’ 25 sena ġie arrestat b’rabta ma’ serqa minn ħanut f’Għajnsielem.
Il-każ seħħ nhar l-14 ta’ Settembru meta l-Pulizija ġew infurmati mis-sid tal-post li sab ammont
ta’ flus kontanti misruqa.
Il-Pulizija minnufih bdew bl-investigazzjonijiet intensivi li wasslu biex ġie identifikat l-allegat ħalliel. Huwa ġie arrestat ilbieraħ waranofsinhar hekk kif ħareġ minn blokka ta’ appartamenti f’Għajnsielem.
Aktar kmieni llum, ir-raġel tressaq taħt arrest fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Simone Grech akkużat b’serq, fost akkużi oħra.
It-Taljan ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
//= $special ?>