Rugby Sport

Tazza tad-Dinja: L-ewwel rebħa għall-All Blacks

(Ritratt: EPA)

New Zealand kisbu l-ewwel rebħa fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena meta faċilment għelbu lin-Namibja 71-3.

New Zealand rebbieħa tliet darbiet tat-Tazza tad-Dinja bdew b’telfa kontra Franza f’din l-edizzjoni, iżda minkejja t-telfa inizjali l-All Blacks jibqgħu fost il-favoriti għar-rebħa finali.

Namibja kienu sofrew telfa kbira kontra l-Italja fl-ewwel logħba tagħhom u lbieraħ kienu għal kollox dominati u qatt ma kienu fil-logħba.

Riżultat

New Zealand v Namibja   71-3

Illum

Samoa v Ċile

Wales v Portugall

Irlanda v  Tonga