Fil-court principali ta’ Birkirkara Tennis Club, intlgħabu l-finali tas-17-il edizzjoni tal-Anniversary Singles Open 2023 organizzata minn Birkirkara Tennis Club, f’liema edizzjoni ħadu sehem xejn anqas minn 70 plejer minn 16-il pajjiż.
Fl-ewwel finali, dik tan-nisa, Emma Montebello li fis-semi finali għelbet lil Bertha Anne Mayo għelbet lil Marina Tawdrws f’żewġ sets 6-1 ; 6-2.
Il-finali tal-irġiel kienet bejn in-numru 1 Matthew Asciak kontra Dwayne Pullicino.
Wara li fis- semi finali Asciak elimina lil Mark Gatt u Dwayne Pullicino għeleb lil Bas de Laat, fil-finali kif kien mistenni Matthew Asciak ħareg rebbieħ f’żewġ sets 6-1 ; 6-2 .