Futbol Sport

Arsenal jirbħu f’Goodison Park wara sitt snin

(Ritratt: EPA)

Arsenal kisbu l-ewwel rebħa f’Goodison Park wara sitt snin meta għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 1-0. Partita dominata mill-Gunners b’Everton jagħlqu l-ispazji u jipprova joperaw bil-kontrattakk.

Arsenal ħasbu li fetħu l-vantaġġ f’nofs l-ewwel taqsima iżda l-gowl ta’ Gabriel Martinelli kien imħassar għall-offside. Fit-tieni taqsima t-tim ta’ Mikel Arteta żied l-intensità u skorja l-gowl li ddeċieda l-partita fid-69 minuta permezz ta’ Leandro Trossard.

F’partita oħra, fil-Vitality Stadium, riżultat ieħor diżappuntanti għal Chelsea hekk kif temmew biss fi draw ta’ 0-0 kontra Bournemouth. Ftit azzjonijiet f’din il-partita fejn deher evidenti li l-players ta’ Chelsea għadhom ma qabdux ir-ritmu li wieħed kien jistenna wara n-numru ta’ bidliet li wettqu matul l-aħħar suq tat-trasferimenti.