Formula 1 Sport

Carlos Sainz jirbaħ f’Singapore u jwaqqaf lill-Red Bull

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Ferrari Carlos Sainz rebaħ il-Grand Prix ta’ Singapore biex b’hekk sar l-ewwel xufier dan l-istaġun li rnexxielu jwaqqaf liż-żewġ sewwieqa ta’ Red Bull, Max Verstappen u Sergio Perez li temmew fil-ħames u t-tmien post rispettivament.

Intant Lando Norris ta’ McLaren u Lewis Hamilton ta’ Mercedes temmew fit-tieni u t-tielet post filwaqt li Charles Leclerc temm fil-ħames post. Pierre Gasly temm fis-sitt post b’Oscar Piastri jidħol fis-seba’ post. Liam Lawson temm fid-disa’ pożizzjoni u kien Kevin Magnussen li temm fl-għaxar post.