Futbol Sport

Gowl ta’ Ciolacu jagħti rebħa lil Birkirkara

(Ritratt: Trevor Sollars)

Birkirkara……………………..1

Sliema W……………………..0

Birkirkara: M. Zapytowski; J. Pajovic, E. Pepe, Adailton (O. Elouni 87′), Y. Yankam, P. Mbong (N. Micallef 78′), K. Zammit, A. Satariano, E. Pena Beltre, S. Zibo, Maxuell (A. Ciolacu 63′).

Sliema W.: R. Al Tumi; J. Borg, J. Minala, M. Scerri (K. Abubakar 58′), V. Plut, M. Beerman (L. Micallef 85′), G. Alcino, D. Damsen, M. Freire, G. Acheampong, S. Gomes (M. Awad 76′).

Referee Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: Roberto Vella, Mark Ciantar

Imwissija: J. Pajovic 28′, E. Pepe 39′ (B), M. Scerri 41′, V. Plut 45+1′, G. Alcino 65′ (S)

Skorja: A. Ciolacu 68′ (B)

Gowl uniku ta’ Andrei Ciolacu fit-68 minuta kien biżejjed biex Birkirkara rebħu l-ewwel partita tagħhom dan l-istaġun bl-iskor ta’ 1-0 kontra Sliema Wanderers li minn naħa tagħhom dan kien ritorn fil-Kampjonat Premier wara staġun fiċ-Challenge League.

Kienet partita bilanċjata bit-tim ta’ Sliema jagħraf jagħlaq l-ispazji b’mod tajjeb u jikkontrolla lill-avversarji. Iżda kien is-sostitut Andrei Ciolacu li ħalla mpatt immedjat ftit wara li daħal fil-partita b’konklużjoni mill-viċin.