Rugby Sport

Il-Fiji jaħsdu lill-Awstralja….rebħa oħra għall-Ingilterra

(Ritratt: EPA)

Fiji………………….22

Awstralja………..15

Il-Fiji ħasdu lill-Awstralja u rebħulhom bl-iskor ta’ 22-15. Din kienet it-tielet darba fl-istorja bejn iż-żewġ pajjiżi li l-Fiji għelbu lill-Awstralja. B’din ir-rebħa issa Pool C jinsab miftuħ beraħ bit-timijiet kollha għadhom fiċ-ċans li jikkwalifikaw.

Il-Fiji daħlu jistrieħu 12-8 fil-vantaġġ fejn fit-tieni taqsima komplew fejn ħallew u komplew ikabbru l-vantaġġ sat-tmiem.

Ingilterra………………..34

Ġappun…………………..12

L-Ingilterra kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Ġappun 34-12. B’din ir-rebħa l-Ingliżi għamlu pass importanti lejn il-fażi li jmiss. It-tim Ingliż daħal jistrieħ fil-vantaġġ fejn fit-tieni taqsima kompla jkabbar l-iskor.

Afrika t’Isfel…………..76

Rumanija…………………0

L-Afrika t’Isfel kisbu rebħa dominanti fuq ir-Rumanija bl-iskor ta’ 76-0. L-Afrika t’Isfel irnexxielhom jagħmlu 12-il try b’Cobus Reinach jirnexxielu jiskorja hat-trick f’25 minuta.