Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iqatta’ l-għodwa tal-Ħadd qalb l-Għawdxin
Il-Partit Nazzjonalista huwa l-Partit ta’ Għawdex. Kull ma jmur aktar joħroġ biċ-ċar kemm il-Gvern ta’ Robert Abela nesa lil din il-gżira u lill-Għawdxin.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qatta’ l-għodwa tal-Ħadd filgħodu man-nies f’numru fin-Nadur, Għajnsielem u r-Rabat bl-iskop tal-ħidma politika hi li jissaħħa d-djalogu u li jkunu diskussi l-isfidi. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sema’ u setgħa jifhem aktar il-ħtiġijiet tal-poplu Għawdxi.
Bosta tkellmu dwar xhur sħaħ ta’ stennija għal bidla immedjata fejn jidħlu l-ħtiġijiet tal-gżira Għawdxija, iżda s-sejħiet tal-Għawdxin baqgħu ma ngħatawx widen.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li jeħtieġ bidla reali u pożittiva li tista’ tinkiseb biss jekk jittieħdu u jkunu implimentati deċiżjonijiet urġenti, robusti u tanġibbli fejn tidħol il-politika tal-ippjanar u l-mudell ekonomiku preżenti.
Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista, kif dejjem għamel, se jkompli jara li jkun hemm pjan adekwat għall-ġżira Għawdxija, fejn dak kollu li hu Għawdxi jinżamm.
Il-Partit Nazzjonalista mill-Oppożizzjoni ssielet biex l-isptar tal-Għawdxin jerġa’ jkun verament tal-Għawdxin.
Dwar is-saħħa, sema’ t-tbatija ta’ indvidwi fejn biex jirċievu servizz imminenti qed ikollhom jinżlu Malta.
Fuq it-turiżmu, il-Kap tal-Partit Nazzjnalista Bernard Grech sema’ numru ta’ negozjanti u nies fis-settur fejn saħqu li jeħtieġ li f’Għawdex imur turist ta’ kwalità u li mhux biss tmur il-kwanità.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għalaq billi qal li l-politika tal-Partit Nazzjonalista hi għal Għawdex aħjar, għax l-Għawdxin jixirqilhom l-aħjar.
Jakkumpanjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien hemm martu AnneMarie, id-Deputati Nazzjonalista Għawdxin, Alex Borg u Chris Siad flimkien ma’ membri li jagħmlu parti mill-Kumitati Sezzjonali tal-Partit fil-lokalitjiet li żar.
//= $special ?>