L-ilma tal-baħar iffriżat li qed tiċċirkonda r-reġjun tal-Antartika niżlet sal-inqas livell qatt irreġistrat għall-perjodu tax-xitwa. Dan kien żvelat mid-data tas-satellita li qed turi li l-Antartika, issa, qed iġarrab l-effetti inkwetanti tal-bidliet fil-klima minkejja li l-esperti ħasbu li r-reġjun seta’ jirreżisti għall-global warming.
Walter Meier, wieħed mill-esperti tal-klima man-National Snow and Ice Data Center, qal li l-effetti tal-bidliet fuq il-baħar iffriżat qatt ma dehru daqshekk ċari u li l-fenomenu għandu jħasseb lil kulħadd.
Id-dinja għandha tbati l-konsegwenzi bla preċedent f’sitwazzjoni fejn ir-reġjun tal-Antartika jitlef mill-istabbilità. Dan waqt li l-esperti qed iwissu dwar il-konsegwenzi koroh għat-tul taż-żmien minħabba li l-medda tas-silġ tal-Antartika sservi biex tirregola t-temperatura tad-dinja.
Għaldaqstant, jekk ikompli jonqos il-livell tal-friża fl-Antartika , il-medda tas-silġ kapaċi ma tirriflettix daqstant l-enerġija tas-xemx b’mod li jħalli impatt għall-atmosfera tad-dinja, U jekk din il-medda tas-silġ fir-reġjun ma tkomplix tberred il-pjaneta, kapaċi jiżviluppa kuntrast drastiku – bl-Antartika tinbidel minn regolatur tal-arja kiesħa għal xprun tas-sħana li diġà laħqet livelli storiċi madwar id-dinja.
Intant, is-silġ fuq l-Oċean tal-Antartiku issa qed ikopri zona ta’ anqas minn 17-il miljun kilometru kwadri – jiġifieri 1.5 mijun kilometri kwadri ta’ hekk-imsejjaħ ‘sea-ice’. Dan il-livell preokkupanti hu anqas mill-medja għax-xahar ta’ Settembru minbarra li inqas sew mill-aktar livelli baxxi reġistrati għal matul ix-xitwa.
//= $special ?>