Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq dinghy

Raġel ta’ 44 sena ittieħed l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq dinghy.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12:00 fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra, x-Xagħra, Għawdex, meta għal xi raġuni, raġel residenti Ħal Qormi, waqa’ mid-dinghy li kien fuqu u sofra ġrieħi f’wiċċu bl-iskrun tal-istess dinghy.

Fil-post waslu fil-pront Membri mill-Forzi Armati ta’ Malta li wasslu lir-raġel fil-Port tal-Imġarr fejn kien assistit minn tim mediku. Wara hu ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura medika, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.