Futbol Sport

Rebħa kbira u konvinċenti għal Roma

(Ritratt: EPA)

Roma kisbu rebħa kbira ta’ 7-0 fuq Empoli. Il-gowls ta’ Roma kienu skorjati minn doppjetta ta’ Paolo Dybala, Renato Sanches, awto-gowl ta’ Alberto Grassi, Bryan Cristante, Romelu Lukaku u Gianluca Mancini.

Frosinone kisbu rebħa komda ta’ 4-2 f’darhom fuq Sassuolo. Kienu Sassuolo li fetħu vantaġġ doppju permezz ta’ doppjetta ta’ Andrea Pinamonti. Frosinone naqsu l-iskor qabel il-mistrieħ b’penalty ta’ Walid Cheddira. Fit-tieni taqsima, huma ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Luca Mazzitelli bl-istess plejer ipoġġi lil Frosinone fil-vantaġġ. Pol Lirola lejn it-tmiem għamel l-iskor 4-2.

Fi Stadio Artemio Franchi, rebħa importanti ta’ 3-2 għal Fiorentina kontra Atalanta. Kien Teun Koopmeiners li poġġa lil Atalanta fil-vantaġġ fl-20 minuta. Gowls ta’ Giacomo Bonaventura u Lucas Martinez dawru r-riżultat favur l-Viola qabel il-mistrieħ. Ademola Lookman ġab l-iskor indaqs fit-53 minuta biex fis-76 minuta, kien Christian Kouame li għamilhom 3-2 għal Fiorentina.

Monza u Lecce temmew fi draw ta’ 1-1. Lecce fil-vantaġġ wara tliet minuti permezz ta’ penalty ta’ Nikola Krstovic. Monza ġabu l-iskor indaqs fl-24 minuta permezz ta’ Andrea Colpani.

F’partita, draw ukoll f’Sardenja bejn Cagliari u Udinese bil-partita tintemm bl-iskor ta’ 0-0