Raġel ta’ 73 sena, residenti l-Imqabba, qed jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’ħabta bejn mutur u karozza għall-ħabta tal-11 am fi Triq il-Belt Valletta, Ħaż-Żebbuġ.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq mir-raġel u karozza misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>