Żewġ sewwieqa tal-muturi weġġgħu gravi f’ żewġ inċidenti differenti.
L-ewwel inċident seħħ is-Sibt ghal-ħabta tas-13:15 ta’ waranofsinhar, fi Triq Sant’ Antnin, Marsaskala meta għal xi raġuni mutur misjuq mil-vittma;raġel ta’ 56 sena residenti Marsaskala stess ħabat ma karozza Mitsubishi misjuqa minn Mara ta’ 34 sena residenti l-Fgura.
It-tieni inċident ġara wkoll is-Sibt għall-ħabta tas-18:30 ta’ filgħaxija, fi Triq ir-Rabat iż-Żebbuġ Għawdex, meta seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Nadur u Karozza misjuqa minn mara ta’ 26 sena residenti x-Xagħra.
Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u sewwieqa tal-muturi ttieħdu l-Isptar
b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>