L-awtoritajiet tas-saħħa irrispondew għal sejħiet għal investigazzjoni mill-president tal-unjin tal-infermiera Paul Pace dwar kif l-informazzjoni personali ħarġet lil Times of Malta, u qalu li l-ħsara li kien qed jilmenta dwarha Paul Pace kienet magħmlula minnu stess.
Il-ġurnal Times of Malta żvela f’Awwissu kif Pace kellu jiffaċċja bord dixxiplinarju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku wara li eżerċizzju ta’ sejbien ta’ fatti kkonkluda li approprjat fondi pubbliċi billi talab ħlas għal xogħol li allegatament ma sarx, anke waqt li kien imsiefer.
Il-Kap tal-Malta Union of Midwives and Nurses kien li ssir investigazzjoni dwar kif informazzjoni personali relatata mal-azzjoni dixxiplinarja u kif din ġiet ħarġet fuq il-ġurnal Times of Malta. Irid ukoll li jaf dwar kif l-informazzjoni personali li nstabet fil-fajl tal-impjieg personali tiegħu kienet spiċċat f’idejn il-progandist politiku tal-Partit Laburista Manuel Cuschieri.
L-avukat tiegħu Chris Cilia kien ressaq protest ġudizzjarju kontra s-segretarju permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa, il-kap eżekuttiv ta’ Monte Carmeli u l-kontrollur tad-data Stephanie Xuereb kif ukoll il-kontrollur u l-kap eżekuttiv tad-data fl-Isptar Mater Dei, Joseph Debono u Celia Falzon rispettivament.
L-avukat sostna li l-informazzjoni li ħarġet kienet kunfidenzjali u ġiet trażmessa illegalment lil terza persuna mhux awtorizzata minn impjegat pubbliku li kellu aċċess għad-data personali ta’ Pace u d-dokumentazzjoni miżmuma mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Tali leak, argumenta Pace, kien bi ksur tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u r-Regolamenti Dixxiplinari tas-Servizz Pubbliku. L-awtoritajiet kienu immedjatament ressqu kontroprotest li jirribattu l-allegazzjonijiet ta’ Pace bħala “totalment infondati” u talbu biex iwaqqaf kull azzjoni ulterjuri fir-rigward tagħhom.
Kienu pjuttost “perplessi” bit-talbiet ta’ Pace peress li hu stess kien ammetta, waqt proċeduri dixxiplinarji, “għal dħul mhux ġustifikat ta’ eluf ta’ ewro għad-detriment tal-gvern Malti”, u madankollu, issa kien qed ifittex likwidazzjoni tad-danni wara li l-azzjonijiet tiegħu ġew mikxufa mill-midja.
“Il-ħsara li qed jilmenta dwarha hija fil-fatt konsegwenza tal-imġieba tiegħu stess,” rrispondew il-partijiet. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-UE kwotat minn Pace ipprovda għal eżenzjonijiet u derogi mill-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data għal skopijiet ġurnalistiċi, u għalhekk, it-talbiet tal-parti li qed jipprotestaw kienu “totalment infondati.”
Pace ċertament ma setax joqgħod fuq tali leġiżlazzjoni biex “jaħbi l-azzjonijiet illegali tiegħu” li kienu fl-interess pubbliku qed isostnu l-awtoritajiet. Anke f’termini tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Whistleblower, l-ebda informatur ma kellu jkun soġġett għal xi azzjoni ċivili jew kriminali jew xi proċeduri dixxiplinarji. Il-kontroprotest kien iffirmat mill-Avukat tal-Istat Chris Soler u l-Avukati Christian Ellul u Alex Sciberras.