Burnley kisbu l-ewwel punt tal-istaġun wara erba’ partiti meta temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Nottingham Forest. Zeki Amdouni poġġa lil Burnley fil-vantaġġ fil-41 minuta. Forest ġabu l-iskor indaqs mas-siegħa logħob b’gowl mill-isbaħ ta’ Callum Hudson-Odoi. Burnley kellhom gowl imħassar permezz tal-VAR skorjat minn Lyle Foster. L-istess plejer lejn it-tmiem ntwera l-karta l-ħamra wara li deher jolqot bil-minkeb lill-plejer avversarju.
//= $special ?>Burnley jiksbu l-ewwel punt tal-istaġun
