Il-21 stadju tat-Tour ta’ Spanja ‘La Vuelta’ ġab fi tmiem l-edizzjoni ta’ din is-sena.
F’Tour li beda fis-26 ta’Awwissu rebbieħ skont il-klassifika ġenerali temm fl-ewwel post l-Amerikan ta’ Jumbo Visma Sepp Kuss b’ħin totali ta’ 76 siegħa, 48 minuta u 21 sekonda fuq il-koppja ta’ Jumbo Visma, Jonas Vingegaard b’distakk minimu ta’ 17-il sekonda bi Primoz Roglic tas-Slovenja fit-tielet post b’distakk ta’ minuta u 8 sekondi.
Fl-aħħar rotta tal-kompetizzjoni fuq distanza ta’ 100.3 kilometri minn Hipodromo de la Zarzuela sa Paisaie de la Luz f’Madrid, suċċess għal Kaden Groves tal-Awstralja għal Alpecin Deceuninck li rebaħ bi sprint fuq l-ewwel għaxar ciklisti f’ sagħtejn, 24 minuta u 13-il sekonda.
Bl-istess ħin fit-tieni post Filippo Ganna tal-Italja għal Ineos Granadiers u Nico Denz tal-Ġermanja għal Bora Hansgrohe.
//= $special ?>