Lokali

Il-PN isellem il-memorja ta’ Joseph Zammit

Il-Partit Nazzjonalista esprima s-sogħba għat-traġedja li seħħet fl-aħħar sigħat, hekk kif Joseph Zammit, pumpier membru tal-protezzjoni ċivili tilef ħajtu waqt xogħol ta’ tifi tan-nar f’Pembroke. 

Il-Kelliem tal-PN għall-Intern Joe Giglio stqarr illi kuljum dawn l-eroj jagħmlu minn kollox biex jaqdu dmirhom lejn il-poplu. 

Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi lill-qraba tal-vittma.