Lokali

Illejla jiftħu l-Festi tal-Indipendenza organizzati mill-PN

Mil-lum, jiftħu l-Festi tal-Indipendenza organizzati mill-PN fi Pjazza Tritoni – festi għall-familja kollha li jinkludu mużika, divertiment, stands tal-ikel kif ukoll diskussjonijiet politiċi.

Illejla, fis-7pm, se ssir diskussjoni politika bit-tema Ħajja Aħjar f’Pajjiżna, fejn ser jipparteċipaw diversi personalitajiet flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech. Wara d-diskussjoni ser ikun hemm spettaklu mill-kantanta Cheryl Balzan u l-band tagħha fid-9pm.

Fid-19 ta’ Settembru fis-7pm, Bernard Grech ser ikun intervistat minn ġurnalist tal-One News Samuel Lucas, mbad fid-9pm ser ikun hemm spettaklu minn Spiteri Lucas Band.

Fl-aħħar lejl ser ikun hemm mass meeting indirizzat minn Bernard Grech, kif ukoll mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola. Qabel ma jibda l-mass meeting ser ikun hemm warm-up minn DJ Zmiley, filwaqt li wara ser ikun hemm after party minn DJ Nate, kif ukoll spettaklu fuq il-palk li jinkludi lill-band Versatile. F’nofsillejl ser jindaqq l-innu nazzjonali u ser tittella l-bandiera Maltija.

Matul dawn it-tliet ijiem ser ikun hemm stands tax-xorb u l-ikel, kif ukoll żona għat-tfal, li ser jiftħu fis-6pm, u jagħlqu malli jtemmu l-attivitajiet.