Matul il-maratona ‘Il-Missjoni Bżonnok’ inġabru aktar minn €300,000 bħala appoġġ għall-missjunarji Maltin u Għawdxin li jgħinu f’14-il pajjiż differenti – kollha pajjiżi li jbatu bil-faqar u bil-ġuħ.
Il-maratona damet għaddejja tliet ijiem, hekk kif bdiet nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru, u spiċċat il-Ħadd. Il-maratona xxandret b’mod dirett f’ħinijiet differenti, anke fuq NET Television.
Matul din il-maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għadda messaġġ ta’ tama filwaqt li ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikompli jagħti donazzjonijiet għal dan l-għan nobbli.
Din is-sena diġa saru żewġ maratoni b’risq il-missjoni. F’April inġabru iżjed minn €300,000, filwaqt li f’Jannar inġabru man-nofs miljun ewro. B’hekk, fi tliet inizjattivi, inġabru iżjed minn miljun ewro.
//= $special ?>