L-ogħla diplomatiku taċ-Ċina jinsab fir-Russja għal taħditiet ta’ sigurtà u fi żmien meta Moska qed tfittex aktar għajnuna minn barra biex tkompli bil-gwerra fl-Ukrajna.
Iż-żjara ta’ Wang Yi, ftit jew wisq, qed titqies bħala parti mill-politika dubbjuża taċ-Ċina li ilha tiffaċċja akkużi dwar ‘appoġġ indirett’ lill-Kremlin waqt dan il-konflitt. Dan minkejja li kelliema għall-Kremlin qalu li ż-żjara tibbaża l-aktar fuq ‘il-konsultazzjonijiet dwar strateġiji tas-sigurtà’ mingħajr ma taw dettalji.
Fl-istess ħin, iż-żjara ta’ Wang Yi qed issir ftit wara l-laqgħa kontroversjali (fir-Russja) bejn il-President Russu Vladimir Putin u l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un…Laqgħa li dehret intiża għal ftehim dwar il-proviżjoni tal-armamenti lir-Russja min-naħa tar-reġim fi Pyongyang.
Intant, jistgħu qed isiru t-tħejjijiet għal żjara ewlenija ta’ Putin f’Beijing li kapaċi ssir f’qasir żmien.
Putin innifsu qal, jiem ilu, li kien qed jistenna li jiltaqa’ dalwaqt mal-President Ċiniż Xi Jinping iżda hu wkoll sinifikanti l-fatt li l-President Russu ilu ma jivvjaġġa barra pajjiżu mindu l-Qorti Kriminali Internazzjonali ħarġitlu mandat ta’ arrest dwar ir-reati tal-gwerra fl-Ukrajna.
//= $special ?>