Lokali

Jimmy Tanti huwa l-anzjan li tilef ħajtu fl-inċident ta’ Ħaż Żebbuġ

Jimmy Tanti huwa l-anzjan li sfortunatament tilef ħajtu wara li l-Ħadd kien involut f’inċident bejn karozza u mutur f’Ħaż Żebbuġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu fi Triq il-Belt Valletta.

Fuq il-midja soċjali bosta persuni sellmu l-memorja ta’ Jimmy Tanti, u ddeskrivewh bħala raġel umli u ċajtier. Ma naqsux ukoll kummenti dwar il-passjoni kbira li kellu lejn il-muturi u li propju kellu jkun dan id-delizzju tant għal qalbu li ħasditlu ħajtu.

Sfortunatament, Jimmy Tanti li kien mill-Imqabba tilef ħajtu fl-isptar Mater Dei f’inqas minn 24 siegħa wara li seħħ dan l-inċident, li fih kienet involuta wkoll karozza misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.