eSKills Malta Foundation b’kooperazzjoni man-National School Support Services fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka, u Innovazzjoni, organizzat kampanja ta’ żjarat ġo kumpaniji ta l-informatika minn studenti tad-disgħa sena. Dawn iż-żjarat kienu mifruxa matul l-ewwel u t-tieni semetru skolastiku ta’ 2023.
L-għan tal-kampanja huwa li tipprovdi lill-istudenti mill-iskejjel sekondarji pubbliċi b’esperjenza, fl- ambjent tax-xogħol reali li jħajjarhom jagħżlu u jfittxu studji fil-qasam diġitali biex jibnu karriera fis-settur.
Għal dan il-għan, l-eSkills Malta Foundation użat il-bażi tal-imsieħba tagħha sabiex torganizza u tikkoordina din il-kampanja
Iż-żjarat lil-kumpaniji kienu jikkonsistu minn introduzzjoni tal-attività kummerċjali pprovduta lil istudenti minn rappreżentanti ewlenin fi ħdan l-organizzazzjoni, segwita minn mawra ġewwa l-bini. Waqt il-mawra l-istudenti ġew ipprovduti b’dettalji ta’ diversi rwoli fi ħdan l-organizzazzjoni, u kif xi darba dawn jistgħu jagħżlu rwol wieħed bħal dan biex jibdew karriera mal-organizzazzjoni.
Barra minn hekk, bosta mill-kumpaniji organizzaw ukoll attività interattiva sabiex jinvolvu lill-istudenti. Dawn l-attivitajiet kienu jinkludu kwizzijiet, logħob u mini workshops biex insemmu biss ftit. Rappreżentant minn eSkills Malta Foundation għamel ukoll taħdita lill-istudenti, li kienet tinkludi informazzjoni dwar ir-rwoli possibbli u l-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni. Kull waħda minn dawn iż-żjarat kella madwar għoxrin student ġejjin minn diversi kulleġġi. Meta wieħed jiġġudika minn kif l-istudenti impenjaw ruħhom waqt is-sessjonijiet kif ukoll mill-feedback li ngħata mill-għalliema jidher ċar li l-istudenti se jiftakru dawn iż-żjarat għal xi żmien u li se jkunu attirati biex eventwalment jaħdmu fis-settur digitali.
Il-Fondazzjoni tixtieq tirringrazzja lill-imsieħba kollha mill-industrija li kkontribwew il-ħin u l-isforz sinifikanti biex il-kampanja ta’ din is-sena ssir realtà jiġifieri, l-Malta Information Technology Agency, APS Bank, Ernst and Young, PriceWaterhouseCoopers, Cleverbit Software, KPMG, Smart Technologies Limited, u RS2 Software. Żgur li s-suċċess ta’ din il-kampanja jista’ jiġi attribwit għall-isforz u d-dedikazzjoni tat-timijiet kollha tal-istakeholders kollha msemmija.
L-eSkills Foundation Malta Foundation hija impenjata li torganizza u tipparteċipa f’inizjattivi simili futuri sabiex tkompli ttejjeb id-direzzjoni Diġitali tal-forza tax-xogħol nazzjonali.
//= $special ?>