Futbol Sport

Rebħa konvinċenti għal Torino

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Arechi, Torino barra minn darhom kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq Salernitana. Alessandro Buongiorno fetaħ l-iskor għal Torino wara kwarta logħob. Nemanja Radonjic għamilhom 2-0 ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, bl-istess plejer jiskorja t-tielet gowl fil-50 minuta. Radonjic kellu ċans jiskorja l-hat-trick personali iżda l-gowl tiegħu kien imħassar permezz tal-VAR.

F’partita oħra Verona u Bologna temmew fi draw ta’ mingħajr gowls biż-żewġ timijiet isaħħu posthom f’nofs il-klassifika.