Lokali

Robert Abela jinjora l-piż tal-prezzijiet fuq il-familji

Il-poplu Malti u Għawdxi ilu x-xhur jilmenta illi mhux qed ilaħħaq mal-għoli tal-ħajja hekk kif xahar wara l-ieħor bosta ħaddiema qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-piż tal-prezzijiet. Bl-inflazzjoni tibqa’ għolja ferm…u bil-Gvern jibqa’ ċass quddiem din is-sitwazzjoni.

Prezzijiet illi huma għoljin l-aktar fejn jidħlu l-prodotti bażiċi, fosthom l-ikel u l-mediċini. Bil-Gvern mhux biss qed jibqa’ mhux biss jinjora din ir-realtà, iżda qed jipprova jpinġi stampa kompletament differenti – daqs li kieku qed jerfa’ l-piż hu.

Waqt attivita politika fil-Mellieħa, Robert Abela prova jippreżenta din ir-realta parallela – ‘il bogħod mir-realtà tal-familji Maltin u Għawdxi li għalihom kull xirja qed tkun ferm ogħla mix-xhur preċedenti. U xejn ma jindika li l-piżijiet se jkunu qed jikkalmaw, anzi qed ikomplu jiżdiedu.

Fil-Mellieħa, Abela wera b’mod ċar kemm mhux iħoss il-polz tan-nies; maqtugħ kompletament mir-realtà li kull Malti u Għawdxi qed jgħix ta’ kuljum. Għalkemm wiegħed li se jżid l-istipendji.

Intant, quddiem il-kriżi tal-iskart – li kull ma jmur qedgħa dejjem tigrava – Robert Abela ma semmiex kif se jkun qed isolvi din il-problema.

Minkejja l-ħafna ftaħir u l-kliem partiġġjan, Robert Abela injora l-aktar temi li qed jolqtu lil pajjiżna… fosthom is-serq mill-benefiċċji soċjali u kif qed jintefqu l-miljuni mill-Kummissjoni Maltija tal-Films.

Dan apparti li ma qal xejn dwar il-każ fil-konfront ta’ Carmen Ciantar, l-id il-leminija ta’ Chris Fearne, illi qed tallega li l-frame-up fuqhom ġie “finanzjat” minn dawk li hi sejħet “forzi tad-dlamijiet”.