Lokali

SKANDLU BENEFIĊĊJI SOĊJALI: Ikomplu jinkixfu aktar esponenti Laburisti

Ikomplu joħorġu aktar provi ġodda dwar l-aħħar racket ta’ frodi fil-benefiċċji soċjali li sar minn nies fil-Partit Laburista stess. Dan hekk kif aktar persuni qed jikxfu kif f’dan ir-racket hemm involuti bosta esponenti Laburisti fosthom anke eks Ministri.

“Ħallast aktar milli ħadt u spiċċajt qisni frodist… sitwazzjoni tal-biża’.”

Kienet din l-istqarrija li għamel raġel li tkellem ma’ Net News dwar kif esponenti Laburisti daħluh f’din l-iskema ta’ frodi mill-benefiċċji soċjali – skema li permezz tagħha nsterqu miljuni ta’ ewro mill-poplu Malti u Għawdxi.

Sitwazzjoni mhux gravi imma tal-biża’… ħadthom għax kelli bżonnhom imma z-zalza għolha mill-ħuta. Imma f’dawn l-affarijiet issa kull limit qegħdin għax imbagħad trid tara kif tiġi trattat inti.

Ir-raġel li tkellem mal-ġurnalist Dione Borg jirrakonta kif kienet avviċinatu persuna biex tagħmillu dan iċ-ċekk.

Kien hemm din l-iskema, tħallas 5,000 ewro quddiem… 5,500 u  tieħu dan iċ-ċekk. Jien tlajt il-Qorti u ħallast kollox lura… hija circuit hux.

Dan l-istess raġel jistqarr li wara xahrejn biss li beda jirċievi dan il-benefiċċju, bagħtu għalih il-Pulizija… fejn jgħid li hu spiċċa qisu frodist.

L-iktar oġġett fażul, ġiegħluna nammettu u tawna sentenza ta’ probation ta’ ħabs… imbagħad ikollok ċerti problemi, eżempju jkollok bżonn tagħmel xi ħaġa… inti tiġi qisek frodist hux. Ħallast iktar milli ħadt, jien ħallasat 5,000 u ħadt 1,800.

Ir-raġel jirrakonta kif kien deher quddiem Bord f’Santa Venera fejn prattikament fi ftit minuti kienu aċċettaw it-talba tiegħu.

Tidher quddiem bord, tliet persuni, ikellmuk żewġ minuti, tliet minuti kollox, jiffirmawlek il-karti.” 

Ftit tal-jiem ilu l-Prim Ministru Robert Abela baqa’ jinsisti li dan il-każ ta’ frodi huwa distanti minn Kastilja u mill-Partit Labruista… iżda dawk kollu li qed jikxfu l-fatti vera ta’ kif ġraw l-affarijiet, qed jgħidu mod ieħor. Dan hekk kif kienu bosta dawk li stqarrew illi kienu esponenti Laburisti li avviċinawhom biex jibdew jirċievu dan il-benefiċċju soċjali. Fiflatt ir-raġel li tkellem ma’ Net News qal li l-persuna li għenitu kien kanvaser ta’ eks Ministru Laburista.

“In-nies iva, huma kanvassers ta’ Minstri, kanvasers… irranġawli kollox huma.. from a to z.

…bir-raġel jikkonferma li f’dan ir-racket ta’ frodi hemm bosta nies involuti.

Jien indunajt kemm hemm volum ta’ nies x’Ħin mort biex ngħidilhom waqfuhieli u qalilu li ma tistax. Hawn ħafna nies fiha din.”

Robert Abela nnifsu ikkonferma li mill-invetigazzjonijiet li saru, kien hemm mill-inqas 160 persuna li bbenefikaw minn dan ir-racket ta’ frodi… bil-Prim Ministru ma jeskludix li dan in-numru jkompli jiżdied.