“Kull allegazzjoni, speċjalment allegazzjoni li tirigwardja elezzjoni ġenerali … għandha tiġi investigata bis-serjeta, mill-Kummissjoni Elletorali kif ukoll mill-Kummisarju tal-Pulizija”
Kien dan il-mesaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, meta kien intervistat mill-ġurnalist ta’ One News Samuel Lucas, waqt it-tieni lejl ta’ attivitajiet li qed ifakkru l-kisba tal-Inidpendenza.
Għall-allegazzjoni ta’ Robert Abela Bernard Grech stieden lill-ġurnalist tal-media Laburista biex imorru flimkien għand il-Kummissarju biex jinvestiga.
L-istedina li għamel ma ġietx milqugħa.
“Il-Partit Nazzjonalista huwa l-unika partit li ħoloq setturi ekonomiċi ġodda, u l-unika partit li qed isemmi niċeċ ġodda tal-ekonomija. Aħna se nagħmlu ekonomija li tipprovdi xogħol ta’ kwalità. L-unika settur ġdid li ħoloq il-Partit Laburista huwa s-settur tal-korruzjoni.”
Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjoanlista Bernard Grech, waqt li żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern ikompli jinvesti fl-edukazzjoni sabiex pajjiżna jkollu ħaddiema ta’ kwalità u b’hekk ma jkollnix setturi ekonomiċi li jiddependu biss fuq l-importazzjoni taċ-cheap labour.

Dwar is-settur tas-saħħa Bernard Grech qal li Partit Nazzjonalista investa f’makkinarju ġdid u bena wkoll Oncology Centre ġdid u qatt ma qata’ qalbu li jista’ jkun hemm iktar żgħażagħ li jidħlu f’dan is-settur. Dan filwaqt li Robert Abela ta €400 miljun lill-Vitals Global Health Care u issa qed jibża’ jiftaħ kawża kontrihom
“Il-liġi trid tkun hemm għal kulhadd u l-Qorti għandu jitressaq kulhadd… anka l-ħuta l-kbira… Ir-racket tal-benefiċċji soċjali hija kriminalità organizatta minn ġewwa Kastilja”
Meta mistoqsi fuq l-iskema taċ-ċedoli, huwa qal li din l-iskema saret skont il-liġi u skont ir-regoli kollha tal-pajjiż. Waqt li l-iskemi li introduċa l-Gvern Laburista kienu skemi li taw iċ-ċittadinanza lil nies li jafu li kienu frodisti jew skemi li bihom xtara l-voti tan-nies bħalma kienet l-iskema tal-benefiċċji soċjali.

Waqt din l-intervista Bernard Grech aċċena wkoll għal problema tal-imigrazzjoni li qed jaffaċjaw bosta pajjżi fil-Mediterran… problema li għandha tiġi indirizzata mill-pajjiż minn fejn qed jaħarbu dawn in-nies, biex b’hekk jiġu evitati ħafna mwiet waqt l-ivjaġġar minn pajjiż għal ieħor…ħidma li qed tagħmel il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.
“Minn naħa l-oħra Robert Ablea jibqa’ insensittiv, u ħalla tifla innoċenti tmut fil-baħar Mediterran… waqt li jimporta 37 elf barrani lejn Malta… li skont hu huma nies mill-Ewropa.”
Bernard Grech tkellem ukoll dwar kemm iċ-ċittadini Maltin jistħoqqilhom ħajja aħjar, li tinkludi wkoll il-ħin li fih huma joħorgu jgawdu n-natura… xi ħaga li sfortunatament saret impossibbli li tagħmel Malta.
Huwa żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista propona emenda biex jiddefendi lil dawk li jixtiequ jgawdu l-vaganzi bil-caravan… proposta li Robert Abela ma jridx jinidrizzaha.
Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista għandu tim magħqud ta’ kandidati kemm għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Kunsilli Lokali fejn huwa kommess li jagħti lura l-poteri f’idejn il-Kunsilli wara li dawn itteħdulhom mill-Gvern Laburista. Huwa temm jgħid li se jkompli jaħdem sabiex verament kulħadd jgħix f’pajjiż li jixraqlu.
“Nemmen fik, issa int trid temmen f’pajjiżna u fil-Partit Nazzjonalista”