Sport Sport Ieħor

Blackball: Jingħata bidu għaċ-‘Champion ta’ Malta 2023′

Ingħata bidu għat-tournament imsejjaħ iċ-Champion ta’ Malta fejn numru ta’ plejers tal-Malta Blackball Federation se jkunu qed jippruvaw jaslu sal-fażi finali ta’ din il-kompetizzjoni ferm prestiġġjuża.

Wara li l-ġimgħa li għaddiet ittelgħu l-poloz, fejn fil-fażi preliminari 32 plejer jridu jgħaddu għall-fażi tal-gruppi, eventwalment 16-il plejer jgħaddu għall-fażi tal-gruppi fejn minn hemm jilagħbu kontra uħud mill-plejers li kienu seeded.

Sadanittant fil-fażi tal-gruppi, iċ-champion preżenti Clayton Castaldi tela’ biex jilgħab fi Grupp C flimkien ma’ Stephen Mangion u Kevin Schembri. Il-finali taċ-champion ta’ Malta tal-Malta Blackball Federation għandha tintlagħab nhar l-Erbgħa 18 t’Ottubru.