Lokali

Fil-bidu ta’ Ottubru se jintgħażlu r-rebbieħa ta’ Miss u Mister Supranational Malta

F’inqas minn 3 ġimgħat, fis-7 ta’ Ottubru se ssir is-7 edizzjoni tal-konkors Miss u Mister Supranational Malta li se ssir ġewwa Sala Sir Temi Zammit, Università ta’ Malta. Total ta’ 30 partiċipant se jikkompetu biex jintgħażlu żewġ rebbieħa biex jirrapreżentaw lil Malta fil-konkors internazzjonali ġewwa l-Polonja f’Lulju 2024.

Nicole Vella flimkien ma’ Ron Bonsfield se jinkurunaw lir-rebbieħa l-ġodda. Is-serata se tiġi trasmessa b’mod dirett fuq NET Television fid-20:45 pm.

Is-serata se tkun ippreżentata minn Joseph Chetcuti flimkien ma’ Dylon Brignano.