Internazzjonali

Il-Ġermanja: Jispikkaw ir-rejds waqt azzjoni determinata kontra n-neo-Nażisti

L-awtoritajiet fil-Ġermanja dikjaraw grupp li jxerred l-ideoloġija neo-Nażista bħala entità illegali – bil-Ministeru għall-Intern f’Berlin isostni li l-pass jibgħat sinjal ċar li l-Gvern ma jittollerax ir-razziżmu u l-anti-semitiżmu.

Il-grupp Hammerskins hu protagonista fl-organizzazzjoni ta’ kunċerti għall-estremisti tal-lemin u anki jbiegħ il-mużika li tippromwovi r-razziżmu fuq livell allarmanti.

Intant, l-awtoritajiet wettqu r-rejds fir-residenzi ta’ xi 30 membri ewlenin tal-grupp madwar il-Ġermanja waqt li fissru l-projbizzjoni tal-Hammersksins bħala ‘daqqa ta’ ħarta kbira lill-estremiżmu tal-lemin fil-pajjiż.’

Il-grupp Hammerskins kien twaqqaf fl-Istati Uniti lejn l-aħħar tas-snin tmenin u jaħsbu li għandu ‘il fuq minn 130 membru fid-diversi bnadi tal-Ġermanja.