Fi Stadio Olimpico tmiem drammatiku għal konfront bejn Lazio u Atletico Madrid li temmew fi draw ta’ 1-1. Atletico Madrid marru fil-vantaġġ minn Pablo Barrios, qabel fl-aħħar minuta tal-partita kien il-goalkeeper ta’ Lazio Ivan Provedel li b’daqqa ta’ ras kiseb il-gowl tad-draw għal Lazio.
F’Parc de Princes fi Franza PSG bdew l-impenji tagħhom fil-UEFA Champions League b’rebħa komda ta’ 2-0 fuq Borussia Dortmund. Wara l-exodus tas-suq tat-trasferimenti bit-tluq ta’ Lionel Messi u Neymar fost l-oħrajn, PSG, b’attakk kompost minn Kylian Mbappe, Kolo Muani u Ousmane Dembele urew li jsitgħu ikunu fost il-protagonisti f’din l-edizzjoni. Kien Mbappe li fetaħ l-iskor għal PSG mill-ħdax-il metru qabel id-difesnur Achraf Hakimi rdoppja.
F’San Siro draw ta’ mingħajr gowls bejn Milan u Newcastle li kienu qed jagħmlu r-ritorn tagħhom f’din il-kompetizzjoni wara nuqqas ta’ 20 sena. Iż-żewġ timijiet kellhom diversi okkażjonijiet fejn setgħu ħadu l-vantaġġ madanakollu ma rnexxielhomx jikkapitalizzaw fuqhom.
Iċ-champions Manchester City kisbu rebħa komda ta’ 3-1 fuq Crvena. Kien Crvena li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Osman Bukari. Man City irreaġixxew b’doppjetta ta’ Julian Alvarez, bit-tielet gowl jasal minn Rodri.
Ilbieraħ: Feyenoord v Celtic 2-0, Lazio v A. Madrid 1-1, Milan v Newcastle 0-0, PSG v B. Dortmund 2-0, Y.Boys v RB Leipzig 1-3, Man City v C. Zvezda 3-1, Barcelona v R. Antwerp 5-0, S. Donetsk v Porto 1-3
Illum: Galatasaray v Copenhagen 6.75pm, Bayern M. v Man Utd 9.00pm, Arsenal v PSV 9.00pm, Sevilla v Lens 9.00pm,R.Madrid v Union B. 6.45pm, Braga v Napoli 9.00pm, Benfica v Salzburg 9.00pm