Lokali

Illejla jkomplu l-attivitajiet fl-okkażjoni tal-festi tal-Indipendenza

F’attività politika li saret ilbieraħ filgħaxija bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-festi tal-Indipendenza, il-Kap tal-PN insista li pajjiżna għandu bżonn Gvern iffukat fuq il-vera sfidi li għandu dan il-pajjiż; tmexxija ġusta fejn kulħadd jgħix ħajja li tixraqlu.

Intant, illejla, fis-7 pm se issir intervista mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech mill-ġurnalist ta’ ONE News, Samuel Lucas. Wara, fid-9 pm jibda spettaklu fuq il-palk prinċipali minn Spiteri Lucas Band.

Imbagħad, għada jsiru l-attivitajiet ewlenin lejlet l-Indipendenza, fejn fis-7 pm jibda l-mass meeting annwali ndirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech u l-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola. Qabel il-mass meeting ikun hemm warm-up minn DJ Zmiley. Wara l-mass meeting isir after-party minn DJ Nate.

U bħal kull sena, f’nofsillejl jindaqq l-Innu Malti u jsir it-tlugħ tal-bandiera Maltija.

Imbagħad, il-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza se jkun qed isir il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta fejn se jitfakkar l-40 sena mill-bidu ta’ dan il-konkors.