Mara ta’ 35 sena minn Birżebbuġa qed issofri minn ġrieħi gravi wara li seħħet inċident bejn mutur u karozza lbieraħ għall-ħabta tal-4:15 pm.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li fi Triq Birżebbuġa seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 42 sena u karozza misjuqa minn mara ta’ 42 sena. Fuq il-mutur kien hemm ukoll il-mara ta’ 35 sena. Huma kollha residenti Birżebbuġa.
Il-mara ta’ 35 sena ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar permezz t’ambulanza. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>