Mill-inqas 24 persuna mietu u 21 oħra qed isofru minn xi ġrieħi wara li xarabank waqgħet f’wied fil-Peru.
Ix-xarabank kienet qed tivvjaġġa mal-lejl qalb il-muntanji Andes bejn l-ibliet Huancayo u Huanta meta waqgħet għoli ta’ madwar 200 metru. Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.
Madanakollu, is-sindku ta’ belt viċin qal li ħsarat li kien hemm fit-triq fejn seħħ l-inċident ma kienux ġew irranġati minkejja li kienu ilhom hemm ‘il fuq minn xahar ilu.
Dawn it-tip ta’ inċidenti huma komuni fil-Peru tant li s-sena l-oħra, ċifri juru kif 3,300 persuna mietu fil-Peru kawża ta’ inċidenti tat-traffiku.
//= $special ?>