Armand Duplantis mill-ġdid protagonista fil-Finali tad-Diamond League meta għal darb’oħra kiser ir-rekord dinji tal-pole vault.
Duplantis irnexxielu jaqbeż sitt metri u 23 ċentimetru u għas-seba’ darba fil-karriera li kiser ir-rekord dinji.
Kif inhi tradizzjoni tiegħu mal–mument li għamel rekord ġdid, Duplantis iċċelebra bil-kbir ma dawk li dejjem segwewħ mill-qrib fosthom il-ġenituri tiegħu li huma wkoll responsabbli mill-preparazzjoni u t-taħriġ tiegħu.
Kien it-tieni rekord tad-dinja miksur fid-Diamond League f’ Eugene, Oregon wara li Gudaf Tsegay tal-Etjopja wkoll kisret ir-rekord tan-nisa tal-5,000 metru f’14-il minuta, 0.21 sekonda.
L-Iżvediż Duplantis ta’ 23 sena kellu bżonn tentattiv wieħed ta’ 6.23m, biex kiser ir-rekord tiegħu stess stabbilit fi Franza aktar kmieni din is-sena. Warajh temm Ernest John Obiena tal-Filippini b’ 5.82 metri.
//= $special ?>