Futbol Sport

Punt pożittiv huwa li rajt reazzjoni mit-tim tiegħi – Paul Zammit (kowċ ta’ Sliema Wanderers)

‘Kull logħba ser tkun iebsa u kumbattuta’

  • Brian Chetcuti, assistent kowċ Birkirkara FC

‘Irnexxilna napprofittaw minn żball individwali sabiex nirbħu l-partita peress li dejjem emminna li stajna nagħmlu dan.’ L-ewwel kummenti tal-assistent kowċ ta’ Birkirkara Brian Chetcuti wara r-rebħa bl-iskor ta’ 1-0 li l-Istripes kisbu kontra t-tim promoss ta’ Sliema Wanderers. Huwa kompla hekk. ‘Meta jkollok numru ta’ players ġodda huwa diffiċli li t-tim jibda jiffunzjona mill-ewwel. Iżda ta’ nkoraġġiment li fl-ewwel logħba ħadna l-punti massimi biex issa ndawru ħarsitna fuq il-logħba li jmiss kontra Floriana. Li huwa fiċ-ċert li kull logħba ser tkun kumbattuta. Kull tim jinsab armat kif rajna llum hekk kif lgħabna kontra tim għadu kemm ġie promoss iżda bi kwalitajiet tajbin ħafna.’

‘Qtajna figura tajba kontra tim b’saħħtu ħafna’

  • Paul Zammit, kowċ Sliema W. FC

‘Konna konxji mill-qawwa tat-tim ta’ Birkirkara fejn għandhom waħda mill-aqwa skwadri fil-futbol lokali.’ Dawn kienu l-ewwel kliem li lissen il-kowċ ta’ Sliema Wanderers Paul Zammit fi tmiem il-logħba. Zammit kompla hekk . ‘ L-Istripes kienu dixxiplinati minkejja li fl-ewwel taqsima ħadna l-inizjattiva aħna. Fit-tieni taqsima B’Kara ħarġu aktar offensivi fejn skurjaw imma punt pożittiv huwa li rajt reazzjoni mit-tim tiegħi fejn kien hemm mumenti tajbin ukoll. Ironikament l-aħħar partita tagħna kienet ħames xhur ilu iżda meta tara li lagħbna kontra tim li ħa sehem fl-Ewropa u li qtajna din il-figura jawgura tajjeb għal-logħbiet li ġejjin. Issa rridu nħarsu lejn il-logħba li jmiss kontra Valletta.’

KLASSIFIKALPTI
Marsaxlokk13
Floriana13
Hibernians13
Valletta13
Birkirkara13
Ħamrun Spartans13
Gudja United11
Mosta11
Blazan10
Sliema Wanderers10
Sirens10
Naxxar Lions10
Gżira United10
Santa Lucia10

LOGĦOB LI JMISS

Il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru, 2023

Centenary Stadium

7.00pm            Sirens – Mosta

Is-Sibt 23 ta’ Settembru, 2023

Stadium Nazzjonali

6.00pm            Floriana – Birkirkara

8.15pm            Naxxar L.- Ħamrun S.

Tony Bezzina Stadium

6.00pm            Hibernians – Santa Lucia

8.00pm            Balzan – Gzira Utd.

Il-Ħadd 24 ta’ Settembru, 2023

Tony Bezzina Stadium

6.00pm            Sliema W. – Valletta

8.00pm            Gudja Utd. M’Xlokk