Raġel ta’37 mis-Somalja sofra ġrieħi gravi wara li allegatament ġie aggredit minn persuna b’ħadida.
It-Tlieta filgħodu għall-ħabta tas-07:00, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna mal-art fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa.
Is-Somalu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika, fejn aktar tard ġie
ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi, waqt li l-perusuna l-oħra laħqet ħarbet minn fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.