Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Team MITTC bi tħejjijiet fil-Ġermanja qabel il-Kampjonat Ewropew

Team tal-Malta International Table Tennis Club, magħmul minn Umberto Borg Cardona, Daniel Bajada, James Vella Vidal u Amirreza Abbasi, ikkwalifika sabiex jilgħab fil-Kampjonat tal-Ewropa tat-Table Tennis.

Bħalissa l-kontinġent Malti jinsab fl-aħħar gimgħa ta’ preparazzjoni teknika u taħriġ fil-Germanja. Dan il-kamp ta’ taħriġ qed jiġi mmexxi mill-kowċ Tom Wetzel li qed jintensifika t-taħriġ tiegħu sabiex il-plejers.

Maltin ikunu fl-aħjar kondizzjoni għall-Kampjonati. Sadanittant, il-Malta International Table Tennis Club għandhom ukoll lil Anthea Cutajar li ngħaqdet mat-tim tal-irġiel sabiex tipprepara ruħha għall-kampjonat ta’ Franza fejn dan l-istaġun se tkun qed tilgħab ma’ Team Ronq Uljap.

It-Team tal-Malta International Table Tennis Club se jibda l-logħob uffiċjali tiegħu fil-European Cup fil-belt Olandiża ta’ Zoetermeer fit-23 ta’ Settembru.