Lokali

Tarbija ta’ 9 xhur issofri ġrieħi gravi waqt inċident tat-traffiku

Tarbija ta’ 9 xhur u raġel ta’ 43 sena qed isofru minn ġrieħi gravi wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi.

L-inċident seħħ ilbierah għall-ħabta tal-11:15 pmfi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Ħamrun u karozza oħra misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti San Ġwann. Fl-ewwel karozza msemmija kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 22 sena mir-Rabat, żagħżugħa ta’ 20 sena mill-Belt Valletta u tarbija ta’ 9 xhur.

Ix-xufier ta’ 43 sena u t-tarbija kienu assistiti minn tim mediku li ħadhom l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.