Lokali

Voluntiera jiġbru l-iskart f’131 borża taż-żibel minn 12-il lokalità madwar Għawdex

Diversi voluntiera ngħaqdu flimkien biex jiġbru l-iskart f’131 broża taż-żibel minn madwar 12-il lokalità differenti f’Għawdex. Din kienet parti mit-tielet edizzjoni għall-Gozo World Clean-Up Day.

Kien fid-dawl ta’ dan li fi staqrrija appellaw biex kull persuna terġa’ tuża’ l-oġġetti minflok tarmihom wara l-ewwel użu u biex nirrispettaw l-ambjent ta’ madwar sabiex b’hekk nissalvagwardjaw l-ambjent fuq il-gżejjer Maltin.

Dawn kienu l-għaqdiet u l-organizzazzjonijiet li organizzaw jew ipparteċipaw f’din l-attività ta’ tindif:

Xaghra Scout Group, Nature Trust – FEE Malta – Gozo Section, Nadur Teen & Youth Centre, Għawdix, Keep Qala Clean, Nadur Local Council, Nadur Youngsters F.C., The Cast-Out Project:  Gozo & Malta, Victoria Scouts Group, Zebbug & Marsalforn Clean Up Group, Żebbuġ Gozo Local Council, Kunsill Lokali – San Lawrenz – Local Goverment, Ghajnsielem Taghna, Għajnsielem Local Council, Il-Munxar Local Council,  Kunsill Lokali – Gharb – Local Council, Cultural Heritage and Eco-Gozo.