“Għinuna biex flimkien nassiguraw li jkollna verament ħajja aħjar f’pajjiżna”.
Dan qalu s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino waqt li indirizza l-folla fi Pjazza Tritoni. Filwaqt li fakkar kif Gvern Nazzjonalista, kiseb l-Indipendenza għall-poplu Malti kollu.
Hu insista li l-kisba ta’ Malta Indipendenti, sarrfet f’ugwaljanza, demokrazija veru f’pajjiżna u setturi ekonomiċi ġodda. Dan hekk kif gvernijiet Nazzjonalista kabbru l-viżjoni tal-pajjiż Malti.
Madanakollu, qal ukoll li l-Partit Nazzjonalista, anke mill-oppożizzjoni, ħadem sabiex f’pajjiżna l-poplu jkollu ħajja aħjar.
Intant, hu tkellem fuq il-proposti li ħareġ il-Partit Nazzjonalista biex jissaħħaħ in-network ta’ distribuzzjoni tad-dawl u l-ambjent. Filwaqt li kkundanna lill-Gvern talli tefa’ dawn is-setturi fil-ġenb tal-ħidma tiegħu.
Hu stqarr li fil-ġimgħat li ġejjin, il-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem u jkun il-vuċi tal-poplu hekk kif se jkompli jimbotta sabiex il-poplu Malti jkollu ħajja aħjar f’pajjiżu.
