Internazzjonali

Gwerra fl-Ukrajna: “Il-ħażen ma jistax jiġi fdat”

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky wassal indirizz b’saħħtu fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, fejn saħaq fuq l-urġenza li l-pajjiżi jingħaqdu kontra l-aggressjoni Russa. Dan filwaqt illi enfasizza li “l-ħażen ma jistax jiġi fdat.”

Huwa kkundanna l-azzjonijiet ta’ Moska, u appella għas-solidarjetà globali biex twaqqaf l-avvanzi tagħha.

Zelensky saħaq li Moska – b’arma nukleari – toħloq theddida serja għall-paċi internazzjonali. U ħeġġeġ lid-dinja biex taġixxi b’mod deċiżiv ħalli tevita konsegwenzi katastrofiċi.