Fi żminijiet ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi kaġun tal-invażjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna, neħtieġu rispett sħiħ għac-charter tan-Nazzjonijiet Uniti, id-dinjità umana u l-ordni dinjija.
Dan qalitu il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fuq il-media soċjali wara laqgħa illi kellha mas-segretarju Generali tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres fi New York aktar kmieni din il-ġimgħa.
Roberta Metsola żiedet tgħid li huwa żminijiet bħal dawn li tissaħħaħ l-importanza tal-multilateraliżmu, simbolizzat fin-Nazzjonijiet Uniti.
//= $special ?>