Lokali

Illejla l-mass meeting li jagħlaq il-festi tal-Indipendenza

Ritratt: Martin Agius

Illejla fi Pjazza Tritoni jilħqu l-qofol tagħhom l-attivitajiet ewlenin lejlet l-Indipendenza, fejn fis-7 ta’ filgħaxija jibda l-mass meeting indirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, segwit minn spettaklu ta’ mużika fuq il-palk. 

Bħal kull sena, f’nofsillejl jindaqq l-Innu Malti u jsir it-tlugħ tal-bandiera Maltija.

U l-Ġimgħa jiġi organizzat il-Festival Kanzunetta Indipendenza fi Pjazza Teatru Rjal – 40 sena mill-ewwel edizzjoni. Il-biljetti għal dan il-festival se jkunu għall-bejgħ anke’ llejla minn Pjazza Tritoni.  B’kollox se jkun hemm 20 kanzunetta li ċertament mistennija jagħtu spettaklu uniku f’serata fil-Belt Kapitali.