Erbgħa u għoxrin siegħa biss wara li l-armata tal-Ażerbajġan bdiet offensiva fir-reġjun magħruf bħala Nagorno-Karabakh, il-forzi etniċi qablu sabiex ikun hemm waqfien mill-ġlied b’mod imdejat.
Dan seħħ wara li kmieni filgħodu issoktaw l-attakki minn naħa tal-armata tal-Ażerbajġan fuq il-gruppi tan-Nagorno-Karabakh. Dan wara li l-pajjiż beda operazzjoni “kontra t-terroriżmu”.
L-Ażerbajġan qed jinsisti li mhux se jieqaf sakemm l-Armeni iċedu.
It-tensjoni f’dan ir-reġjun ilha teskala għal xhur sħaħ – reġjun li hu rikonoxxut internazzjonalment bħala parti mill-Ażerbajġan.
Dawn iż-żewġ popli ilhom snin jiġieldu għal dan it-territorju u sa tliet snin ilu esperjenzaw gwerra imdemmija.
L-awtoritajiet tan-Nagorno-Karabakh qalu li nqatlu 27 persuna, fosthom żewġ persuni ċivili, u ħafna aktar sfaw midruba minn meta bdiet l-offensiva.