Formula 1 Sport

Oscar Piastri jġedded ma’ McLaren

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ McLaren Oscar Piastri ġedded il-kuntratt tiegħu sat-tmiem is-sena 2026. Is-sewwieq ta’ 22 sena mpressjona mhux ftit matul dan l-istaġun u jidher li se jkun wieħed mill-aktar sewwieqa promittenti.

It-team principal Andrea Stella qal li kienet deċiżjoni faċli għat-tim li jġedded il-kuntratt ta’ Piastri li fil-preżent jinsab fil-11-il post fil-klassifika tas-sewwieqa.

Minn naħa tiegħu, Piastri wera l-ambizzjoni tiegħu li jiġġieled mal-aqwa sewwieqa fil-Formula 1 sabiex ikompli jikber fil-karriera tiegħu.