Raġel mil-Latvja residenti Wied il-Għajn inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixi b’pussess u importazzjoni ta’ kannabis u kokaina.
L-Erbgħa fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana, il-prosekuzzjoni qalet li d-droga kannabis instabet it-Tlieta li għadda fir-residenza tiegħu, fejn kollox jindika li ma kinitx għall-użu esklussiv ta’ Nauris Gunars Kaluga li għandu 22 sena. Huwa ġie mixli wkoll b’pussess ta’ kokaina.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih… bil-Qorti tordna l-iffriżar tal-assi ta’ Kaluga filwaqt li nżamm arrestat il-ħabs.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Marshal Mallia, filwaqt li għal Kaluga dehret l-Avukat Roberta Bonello.
//= $special ?>