Futbol Sport

Rebħa komda għal Arsenal fir-ritorn tagħhom… Bayern Munich jegħlbu lil Manchester United

(Ritratt: EPA)

Rebħa komda ta’ 4-0 għal Arsenal fir-ritorn tagħhom fil-UEFA Champions League kontra PSV Eindhoven. Arsenal fetħu l-iskor b’gowl ta’ Bukayo Saka, qabel irdoppjaw permezz ta’ Leandro Trossard. It-tielet gowl kien skorjaw minn Gabriel Jesus, b’Martin Odegaard fit-tieni taqsima jassigura mir-rebħa bir-raba’ gowl.

Fl-Allianz Arena rebħa ta’ 4-3 għal Bayern Munich fuq Manchester United. Bayern marru f’vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima b’gowls minn Leroy Sane u Serge Gnabry. Fit-tieni taqsima Man Utd naqqsu d-distakk minn Rasmus Hojlund qabel Harry Kane, mill-ħdax-il metru għamilhom 3-1. Casemiro għamilhom 3-2 qabel Mathys Tel sjkorja ir-raba’ gowl għal Bayern Munich. Biex fil-95 minuta reġa’ kien Casemiro li skorja it-tielet gowl għal Man Utd għal skor ta; 4-3.

Galatasaray v Copenhagen 2-2, Bayern M. v Man Utd 4-3, Arsenal v PSV 4-0, Sevilla v Lens 1-1, R.Madrid v Union B. 1-0, Braga v Napoli 1-2, Benfica v Salzburg 0-2, Real Sociedad v Inter 1-1