It-Tlieta filgħaxija kienet iċċelebrata quddiesa b’differenza fuq is-simenta San Pawl il-Baħar b’radd il-ħajr lil Alla fi tmiem l-istaġun tas-sajf.
Il-quddiesa fl-apert kienet iċċelebrata mill-Kappillan Patri Joe Mamo megħjun minn Fr. Vinay, Indjan li jinsab Malta għal ftit ġimgħat.
Fl-omelija tiegħu Patri Joe Mamo semma t-tieġ ta’ Kana u kif il-Madonna ħeġġet lil Ġesù jgħin lil koppja li naqashom l-inbid.
Bosta parruċċani u vileġġjanti attendew għal din il-quddiesa li kienet animata mill-grupp tal-kitarri tal-parroċċa. Is-soċi tal-fergħa tal-MUSEUM subien ta’ San Pawl il-Baħar għenu fl-organizzazzjoni ta’ din il-quddiesa.


