Ħames Bulgari residenti fir-Renju Unit fis-26 ta’ Settembru se jitressqu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Westminster (f’Londra) biex jinqrawlhom akkużi relatati ma’ kumplott li kien jinvolvi servizzi ta’ spjunaġġ għar-Russja.
L-akkużi jirrelataw għal azzjonijiet ta’ spjunaġġ bejn Awwissu tal-2020 u Frar ta’ din is-sena – u wara li aktar kmieni fl-2023 kienu tressqu akkużi oħra fil-konfront ta’ tlieta minn fost l-imputati, li tnejn minnhom huma nisa.
Skont l-investigazzjoni tal-Pulizija Metropolitana, il-ħames Bulgari kienu qed jippjanaw biex jiksbu informazzjoni li setgħet tkun utli għall-għedewwa tar-Renju Unit u fejn fost oħrajn ħadu ħsieb is-sorveljanza fuq numru ta’ ‘miri’.
Mifhum li l-ħamsa kienu attivi ħafna bħala ‘spy cell’ fir-Renju Unit, bl-operat tagħhom jestendi anki għall-Ewropa — bl-iskop finali jibqa’ dejjem biex huma jgħaddu l-informazzjoni lir-Russja.
//= $special ?>